Is-Sħaħar ta’ Petut: Għand Rebus Totall

            Is-Sħaħar TaPetut hija sensiela ġdida fjamanta dwar is-sħaħar li jgħixu flimkien man-nies l-oħra f’belt Maltija, u dwar l-avventuri li jsibu ruħhom fihom. Għand Rebus Totall huwa l-ewwel ktieb f’din is-sensiela, pubblikazzjoni Merlin Publishers u kitba ta’ Clare Azzopardi.
            Għand Rebus Totall hu illustrat, kollu bil-kulur, mit-talent ġdid Deandra Scicluna. Il-livell ta’ qari huwa perfett għal dawk it-tfal li għadhom kif bdew jaqraw waħidhom kotba qosra: kapitli qosra, storja mexxejja u karattri li ssir tħobbhom mill-ewwel.
            Dan il-ktieb ġa ssemma fit-Times of Malta bħala l-ewwel ktieb bil-Malti għat-tfal li juża font maħluqa apposta għal qarrejja b’dislessja.
            L-artiklu tat-Times of Malta, Your dyslexic kid has trouble reading? That may be about to change, jitkellem dwar kif persuna b’dislessja ssir problema biex taqra.
            Riċerkaturi barranin ħolqu Easy Reading, font riżultat ta’ riċerka u studji estensivi u applikati minn diversi pubblikaturi ewlenin internazzjonali. Il-Merlin Publishers kienu tal-ewwel hawn Malta li addottaw dan il-font, għal dan il-ktieb immirat għal tfal bejn 7 u 9 snin. Hawn taħt issibu paġna mill-ktieb biex taraw il-font imħaddma.

Għand Rebus Totall (Is-Sħaħar ta’ Petut 1) (ISBN: 9789990917451) jinbiegħ Euro 5.50.

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-ktieb, jew kotba oħra Merlin, tistgħu tikkuntattjaw lil Daniela Gouder fuq daniela@merlinpublishers.com jew 21246472.

Jekk tixtiequ tordnaw kopja bħala inspection jew biex tixtruh, tistgħu tordnaw direttament miegħi (daniela@merlinpublishers.com) jew mad-distributuri tagħna Miller Distributors Ltd (elena.wirth@millermalta.com).

Buy this book

Post a Comment

© 2009-2018 Malta Comic Con

Web Design: Elaine Vella Catalano

or

Log in with your credentials

or    

Forgot your details?

or

Create Account